Beżżul Bieżel

Filter
      Il-qofol ta' din il-gazzetta hi li tissuplixxi l-umur Malti u tqanqal l-interess fiċ-ċajt u s-satira Maltija. L-iskop huwa wieħed nejjieki u jiżvolġi f'kummentarju satiriku fil-forma ta’ karikaturi, kartelluni umoristiċi, komiks, u artikli żuffjettużi. It-tim tal-Beżżul Bieżel jemmen li din l-inizjattiva hija bżonnjuża hekk kif qegħdin naraw il-kultura Maltija tmut u s-sugu tal-kontenut imajna ma' kull ġurnata li tgħaddi. Bħal ħafna, aħna ngħixu fuq din il-gżira u m’aħniex nieħdu pjaċir b'li qed naraw. Nistgħu ngħidu fiċ-ċert li meta xejn ma jaħdem, l-umur jkollu jieħu r-responsabilta bħala l-aħħar difiża qabel ma jikkrolla kollox. Għaldaqstant, m’aħniex noffru soluzzjoni, iżda gazzetta, li ċerti li ser iġġielgħek tidħak jew talanqas titbissem u tgħid bejnek u bejn ruħek “Tassew, ara veru beżżul bieżel...”